Zari u Lily jinsabu fuq il-karozza tal-linja.
Lily, hemm student ġdid fil-klassi tagħna!
Jismu Hamzah.
Hamzah?
Iva, hu mil-Libja.
Missieru jikteb kotba!
Interessanti ħafna.
Jista' jitkellem bil-Malti, bl-Ingliż u bl-Għarbi.
Ah, hu għaqli.
Għaqli… u twil. U għandu żraben sbieħ...
Ħaħa, veru?
Mmm… Żraben sbieħ ħafna.
Zari, Hamzah hu warajk .
Xiex?!
Hello, Hamzah!
Hello, Lily! Kif int?
Tajba, grazzi.
Hamzah, din hi ħabiba tiegħi, Zari.
Hi tħobb iż-żraben tiegħek.
Ah, hello, għandi pjaċir, Hamzah.